Saturday, December 21, 2013

BULLETTIN TAL-KNISJA SAN PAWL MARSALFORN - 22 TA' DICEMBRU 2013

ALLA TAGHNA HU ALLA MAGHNA!
(Il-Quddiesa tal-Hadd hi sinjal tal-prezenza ta’ Alla fost il-Poplu tieghu.)
d.m.g


Ir-raba’ Hadd ta’ l-Avvent - sena A)
(L-ewwel lezzjoni: Izaija 7, 10-14)
(It-tieni lezzjoni : Rumani 1,1-7)
(Vangelu: Mattew 1, 18-24)


Ha nibda billi nirrakkuntalkom fatt storiku li gara fis-sena 304 wara Kristu f’Abitene, rahal zghir fit-Tunezija tal-lum. Kien zmien li fih l-Imperatur Dijoklezjanu ifferocja kontra l-insara: beda jwaqqghalhom il-knejjes, jaharqilhom il-kotba sagri, jittorturahom u jikkundanna ghall-mewt lil dawk li kienu jinqabdu jiccelebraw l-Ewkaristija. X’gara f’Abitene? Mela kull nhar ta’ Hadd, grupp ta’ nsara kienu jiltaqghu bil-mohbi fid-dar ta’ wiehed minnhom biex jiccelebraw l-Ewkaristija. Darba minnhom, xi hadd kixifhom, is-suldati dahlu fuqhom, arrestawhom u tefghuhom il-habs. Ftit tal-jiem wara, ghaddewhom process f’Kartagni quddiem il-Konslu Anulinu. Ghad baqa’ l-atti tal-process kollu...Jien se nsemmi biss ix-xhieda ta’ certu wiehed jismu Emeritu. Il-prokonslu staqsieh: “U int, ghaliex stedint u lqajt go darek lil shabek ghal xi haga kkundannata mil-ligi?” Wiegbu Emeritu: “Ghax fil-jum tal-Hadd, ahna l-insara, ma nistghux nghaddu minghajr Ewkaristija!”.. Il-prokonslu kkundannhom kollha ghall-mewt. Mietu martri ghaliex fil-jum tal-Hadd iccelebraw l-Ewkaristija! Ghall-ahhar, nghid kelma dwar l-htiega tal-laqgha taghna mal-Mulej fil-jum tal-Hadd. Xi qrajna llum ?


            Issa li l-Milied jinsab wara l-bieb, il-knisja ma tkellimniex izjed dwar il-migja ta’ Gesu’ Glorjuz fl-ahhar tad-dinja, fuq il-bzonn ta’ ndiema u konverzjoni, fuq weghdiet profetici tal-Messija...imma tikkoncentra kemm tista’ fuq il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, jigifieri l-grajja storika ta’ meta l-Iben t’Alla sar bniedem bhali u bhalek, sintendi minbarra d-dnub.


            Wiehed kittieb kattoliku jghid li Alla taghna Hu Alla tas-sorprizi! X’ifisser? Ifisser li b’cirkustanzi kemm kemm jinhassu jew b’cirkustanzi li jaghmlu hafna hoss, Alla jhobb jidhol fl-istorja ta’ kull wiehed u wahda minna u meta nindunaw b’dan l-indhil tieghu, li hu dejjem ghall-gid taghna, ghandu mnejn ma nibqghux bi kwietna, biex ma nghidx, ninkwetaw ukoll! Ha niehdu l-ezempju ta’ Marija u Guzeppi fil-Vangelu tal-lum. Nibdew b’Marija. Dit-tfajla safja kienet ghadha kif tgharrset lil Guzeppi, San Mattew jiddeskrivieh bhala “ragel gust”. Kienu ghadhom ma marrux joqoghdu flimkien, u nafuha l-grajja tat-thabbira ta’ l-Anglu. Alla tas-sorprizi dahal fl-istorja taghha u offrielha proposta li hasditha: tkun Omm il-Feddej! Marija thawwdet, infixlet, inkwetat...imma ghall-kelmiet ta’ l-Anglu: “Tibzax...dan li se jigri fik hu hidma ta l-Ispirtu s-Santu...”, Marija ghamlet qabza fid-dlam, jigifieri l-qabza tal-fidi: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ha jsir minni skond kelmtek!” Dak il-hin, l-Iben t’Alla tnissel go gufha. Issa kien imiss li Alla tas-sorprizi jidhol fil-hajja ta’ Guzeppi. Certament, Marija gharrfitu bil-Misteru li kien qed isehh fiha u bhalha jithawwad, jinfixel, jinkwieta...forsi ghax ma hassux den ikollu x’jaqsam ma’ dan il-Misteru; forsi wkoll ghax raha bi tqila jkun il-harsien ta’ Marija u ta’ Dak li kienet se ggib fid-dinja. Imma bhalma gara fil-kaz ta’ Marija, did-darba f’holma, l-Anglu jassigurah li qed imexxi kollox l-Isprtu s-Santu u jheggu jilqa’ lil Marija bhala martu. Jghidilna San Mattew, meta qam, Guzeppi ghamel kif ordnalu l-Anglu. Hekk bhalma ghedna ghal Marija, Guzeppi ghamel qabza fid-dlam, il-qabza tal-fidi, fit-tieni lezzjoni San Pawl isejhilha “l-ubbidjenza tal-fidi”.

            Din il-grajja ta l-Inkarnazzjoni, San Mattew jorbotha ma’ sentenza li jissellef mill-Ktieb tal-Profeta Izaija: “Ara, ix-xebba tnissel, ikollha iben u jsemmuh Ghimmanu-El, jigifieri Alla maghna” Hekk, fil Persuna ta’ Gesu, Alla taghna ma baqax imbieghed, imma qorob lejna, thallat maghna, sar wiehed minna. Beda jifrah bhalna, jibissem bhalna, jibki bhalna, ihoss dak li nhossu ahna. Il-Koncilju Vatikan II izid: “Hu hadem b’idejn ta’ bniedem, haseb b’mohh ta’ bniedem, agixxa b’rieda ta’ bniedem, habb b’qalb ta’ bniedem.” (Gaudium et Spes, 22)



            Semmejtilkom fil-bidu li se nghid kelma fuq il-jum tal-Hadd. L-insara ta’ Abitene kienu lesti jmutu martri tant kienu konvinti mil-laqgha taghhom ma’ l-Ghimmanu-El fil-jum tal-Hadd. Kemm hu ta’ min jithassarhom dawk l-insara li m’ghadhomx jattendu ghall-Quddiesa tal-Hadd. U nghid ghalina wkoll: kemm hu ta’ min jithassarna jekk nigu ghall-quddiesa tal-Hadd bi drawwa, ghax bilfors, mghagglin ghax ghandna x’naghmlu. Min jaf dan Alla tas-sorprizi ghandux xi haga importanti x’jghidli u x’jghidlek fil-jum tieghu ! Ma ninsewx: Jum il-Mulej huwa l-mulej tal-jiem!