Sunday, April 12, 2009
HAMIS IX-XIRKA 9 t' April 2009
Il-funzjoni ta' Hamis Ix-Xirka bdiet fis-6:00 p.m. u kienet tikkonsisti f'Quddiesa animata mil-kor 'Nativatas', bil-hasil ta' riglejn l-appostli, u wara l-viziti tal-Artal tar-Ripozizzjoni, jew kif konna nafuh: is-Sepulkru.
It-Tnax l-Appostli kienu irgiel residenti kollha f'Marsalforn, u is-Sepulkru sar ghal-ewwel darba fil-bidu, fuq in-nahha tal-Crying room, minn hdejn il-bieb ta' barra tal-genb, sa hdejn il-bieb tan-nofs tal-Knisja; xghol originali hafna jekk mhux uniku wkoll. Prosit lill voluntiera taht id-direzzjoni artistika ta' Dun Guzepp Cini, mix-Xaghra.
F'dan is-Sit issib zewg albums fotografici dwar din ic-celebrazzjoni ta' HAMIS IX-XIRKA, wiehed minhom huwa dwar il-preparazzjoni tas-Sepulkru. Jinsabu flimkien ma' albums ohra fil- 'Gallerija Fotografika tal-Knisja' Dawn tmur ghalihom mil-lista fil-kollona tal-genb.