Sunday, April 19, 2009
IR-RETTUR TAL-KNISJA TA' SAN PAWL F'Marsalforn
Gheziez Ahwa fil-Komunita` taghna f'Marsalforn,
Insellmilkom.
Bhal tarbija tat-twelid, li fic-cokon tal-persuna taghha hemm il-membri tal-gisem li fihom hemm mohbija l-kapacitajiet u l-hiliet kollha mehtiega biex tikber u tissahhah, hekk inhossni jien, flimkien mall-Komunita` gdida li qed tghix mieghi, ghandna l-kwalitajiet u l-kapacitajiet kollha mohbija biex, pass wara l-iehor, nikbru u nkunu f'sahhitna spiritwalment biex inwettqu d-doveri taghna kollha lejn Alla, l-Missier, u lejn Hutna l-Bnedmin fuq it-taghlim ta' Kristu li jghix fostna, u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li jmexxina nghinu ohrajn li jkunu fostna jsibu l-imhabba li tghaqqadna bhal ahwa.
Mill-1 ta' Novembru 2008, in-nifs tieghi ispirani ghal hafna u hafna movimenti li bihom bdejt nara xi caqliq fil-Komunita` gdida li fiha sibt ruhi b'ubbidjenza lejn l-awtorita` tal-E. T. Mons Mario Grech, Isqof t'Ghawdex. Bdejt niskopri l-elementi kollha li jezistu, u ndunajt li hemm il-hajja fil-partijiet kollha tal-gisem, bhal ta' dik it-tarbija. Hemm potenzjal. Fi ftit xhur irnexxielna noholqu caqliqa sewwa f'Marsalforn, li nhasset bhal ziffa helwa, gejja mill-abhar frisk tal-madwar, li qajmet minn certu nghas lir-residenti ta' Marsalforn, specjalment b'dawn l-inizjattivi:
01. Attivitajiet tal-Milied u tal-ewwel tas-sena, partikularment bil-laqgha sabiha li t-tfal ta' Marsalforn kellhom mal-Arcisqof Pawlu Cremona, fil-parti organizzat mill-RTK fis-Sala tas-Seminarju, f'Tal-Virtu`, Malta.
02. Imbaghad, dritt wara l-organizzazzjoni xierqa tal-festi ta' San Pawl, fil-25 ta' Jannar u fl-10 ta' Frar, bid-diversi attivitajiet li dehru bhal miraklu u sorpriza ghal kull min sar jafna: priedki, tridu, vizta mill-Isqfijiet, nar, baned, u nies. Imma impressjonanti kienet l-Istatwa titulari, meta dehret hierga processjonalment mil-bieb tal-knisja ta' Marsalforn u ddur it-toroq fil-maltemp li hakem il-gzejjer Maltin f'dawk il-jiem.
03. Waqqafna kor gdid tat-tfal li jigbor fih madwar 25 tifel u tifla, taht id-direzzjoni ta' Carmen Cini, u diga` mela bil-ferh lill-migemgha waqt il-Liturgija li kellna diversi drabi.
04. Iccaqlaqna mal-kumplament tal-Ghawdxin kollha bil-Missjoni Djocesana, b'diversi laqghat li rnexxielna noholqu fostna r-residenti, u ghadna sejrin bi zjajjar fil-familji minni, bhala Rettur, u mil-lajci missjunarji aktar 'il quddiem.
05. Inizzjattivi godda li wettaqna matul ir-Randan imqaddes.
06. Recentement, bil-Liturgija mwettqa minn kulhadd, b'serjeta` li jixirqilha, ghexna flimkien l-ispirtu qaddis fil-Gimgha Mqaddsa, minn Hadd il-Palm - bil-purcissjoni minn hdejn il-parking - sal-Ghid il-Kbir - bl-Agape, xi haga gdida, l-ikla ta' l-ahwa, li fiha gbarna mijiet ta' nies minn kull naha ta' Malta u Ghawdex, li attendew mal-membri tal-Komunita` taghna li kienet daqstant generuza u volontarjament gabet ikel bl-abbundanza, biex fil-hin stajna naqsmu l-Awguri tal-Ghid.
07. Ma naqasx ukoll ir-rigal tal-Bajda tal-Ghid, li t-tfal - minghajr distinzjoni - gawdew wara l-funzjoni.
08. Kellna kelma ta' tifhir ukoll ghas-Sepulkru kbir, sabih, u originali, li kull min gie jaghmel il-vizti, seta' jitpaxxa bl-armonija li kien fih u, fuq kollox, il-qalb tieghu setghet tistrih fil-Mulej, minghajr ebda distrazzjonijiet.
09. Sar hafna xoghol ta' manutenzjoni fil-bjut, hitan, u twieqi, minn voluntiera rgiel.
10. Ma naqsu qatt l-indafa u l-hjata minn nisa li issa draw sewwa jaghtu kaz tat-tempju t'Alla u jmiddu idejhom biz-zelu.
Imma s-sahha mohbija f'din it-tarbija zghira, f'din il-Komunita` ta' Marsalforn, dehret ukoll bic-caqliq tas-swaba' fuq il-kompjuter, u bis-sahha tal-habib taghna, Joe (Zammit), irnexxielna noholqu dan il-Blog: http://marsalfornchurch.blogspot.com li bih jistghu jintlahqu dawk kollha li ghandhom interess fil-knisja taghna u fl-inhawi taghha. Kulhadd jista' jiftahha, mid-dinja kollha. Din hi haga sabiha li hlomt biha minn mindu bdejt il-hidma tieghi f'Marsalforn. Irridu issa aktar hbieb generuzi, li jghaddulna l-materjal kollu li jista' jkun utli ghal din il-Blog; irridu minn jisponsorjalna l-pagni u ghalhekkk, jekk ghandna min jixtieq jirreklama l-istabbiliment tieghu, jghidilna, biex jekk ikun possibbli, minghajr ma nghabbu l-knisja ta' San Pawl, naghmlu lil San Pawl u t-taghlim tieghu maghruf ma' kulhadd. Dan jiista' jwassalna biex 'il quddiem ikollna websajt aktar b'sahhitha, li fiha nkunu nistghu naghtu wisq iktar taghrif, u ahbarijiet dwar attivitajiet, ritratti sbieh, imma wkoll inwasslu l-messagg taghna mad-dinja kollha.
Fl-ahharnett, gheziez membri fil-Komunita` Nisranija ta' Marsalforn, ejjew inkomplu bla ma nharsu lura.
Hadd u xejn m'ghandu jaqtghalna qalbna.
Baqa' hafna x'naghmlu flimkien.
Taqtghux qalbkom.
Wassluli s-suggerimenti taghkom.
Bi kritika kostruttiva jistghu jsiru hafna affarijiet aktar.
Izda jehtieg ukoll li min jaghmel il-kritika kostruttiva, ikun lest li jmidd idejh f'xi qasam tal-volontarjat u jkun lest li jidhol ghax-xoghol volontarju biex jitwettqu s-suggerimenti.
Flimkien naslu.
Kulhadd ghandu x'joffri u x'jaghti.
Ftit minn kulhadd, u sahhitna tkompli tikber.
Jien hekk nixtieq: li r-residenti ta' Marsalforn flimkien, jiffurmaw KOMUNITA' B'IDENTITA'. Jien konvint li kapaci naslu ghal dan il-ghan.
Awguri, u tkunu mberkin.
Kapp. Mikiel Borg
Rettur tal-Knisja ta' San Pawl, f'Marsalforn