Thursday, April 30, 2009
JUM MARSALFORN B'KUNCERT MILL-KORR 'CHORUS UNDA MARIS'
JUM MARSALFORN
Kif rajtu mill-aħħar ħarġa tal-bullettin tal-knisja, illum, it-Tnejn 27 ta’ April, kellna JUM MARSALFORN. Iċċelebrajnieh b’Quddiesa Kantata ta’ Ringrazzjament u kunċert korali mill-kor tat-tfal tal-komunita` ta’ Marsalforn CHORUS UNDA MARIS.
Inqraw poeżiji kif ukoll leġġendi dwar Marsalforn, minn residenti ta' Marsalforn, fi ħdan il-knisja ta' San Pawl. Wara, imbgħad, kien hemm riċevement għal dawk kollha preżenti, Dan kien organizzat mill-kunsill lokali taż-Żebbuġ. Ghal din l-okkażjoni kien hemm preżenti wkoll is-Sindku, is-Sur Carmelo Saliba.
Jum Marsalforn kien parti minn attivita` ta’ gimgħa ta' festivita` kontinwa fl-okkażjoni ta' Jum iż-Żebbuġ. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu għada.
Għall-okkażjoni tal-lum wieħed jista' jara r-ritratti li ngibdu f’din l-okkażjoni.
Billi jittawwal fil-‘Gallarija Fotografika’ kif ukoll fil-gemb ta’ dan is ‘Sit'