Sunday, May 24, 2009
IT-TITULAR U L-ISTATWA TA' SAN PAWL REGGHU HARGU DAWRA
ESEBIZZJONI - SENA PAWLINA FIL-BAZILIKA TAX-XAGHRA
Kif irrappurtalna r-Rettur taghna, il-Kanonku Dun Mikiel Borg, fil-bullettin ta’ din il-gimgha, fejn gharrafna li ghall-okkazjoni tas-Sena Pawlina li tinsab kwazi fi tmiemha, il-knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn giet mistiedna mill-Kumitat Wirja Pawlina fix-Xaghra, biex tiehu sehem b’opri tal-arti li jinsabu fiha. Hekk kif ikkontribwejna u tajna sehemna f’wirja Pawlina ohra fl-Imdina Fest, Malta, f'esebizzjoni simili, hekk se naghmlu f’din il-wirja fil-knisja tax-Xaghra.
Ghal matul din il-gimgha se nhossu n-nuqqas tal-istatwa u tal-kwadru titulari. Inheggukom tmorru tarawhom fil-wirja li qed tigbor numru kbir ta’ opri ta' arti sagra.
Nittamaw li, kemm il-kumitat organizzattiv Wirja Pawlina, u kemm il-pubbliku li zaruhom, japprezzaw il-gest tar-Rettur taghna li permezz tieghu, iz-zewg opri l-aktar prezzjuzi ghal din il-knisja taghna, hargu biex jigu esebiti f'din il-wirja Pawlina.