Tuesday, May 19, 2009
VIZITA OHRA MIT-TFAL TAL-ISKOLA 'SAN FRANGISK ta' Cospicua Malta'
IT-TLIETA 21 TA' MEJJU 2009
Il-knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn laqghet ghal darb ohra tfal tal-iskola 'San Frangisk', bil-kuluri tal-uniformijiet serja, b’xorts blu skur, u t-shirt marun, din id-darba minn Bormla (Cospicua), Malta, flimkien mal-ghalliema u l-Kap tal-iskola Swor Claudia Zammit.
It-tfal waqfu fuq it-tarag taz-zuntier tal-knisja biex hadu ritratt ta' tifkira, flimkien mar-rettur Dun Mikiel Borg, l-ghalliema, u Swor Zammit. Kien grupp imdaqqas ukoll, imma xi ftit inqas minn dak tal-bierah; fil-fatt il-knisja mtliet kollha fil-parti tal-korsija (il-parti principali tan-nofs).
Wara li ntghazlu l-letturi, l-abbatini, u dawk li kellhom itellghu l-offertorju, Dun Mikiel ghamel il-kelmtejn ta' merhba u beda l-quddiesa ghal dawn it-tfal u ghal ftit parroccjani li gew ukoll jisimghu din il-quddiesa.
Il-Quddiesa bdiet ghall-habta tal-11.30.
Fl-omelija Dun Mikiel tkellem dwar il-hajja ta’ San Pawl. Bi kliem semplici u li jinftiehem minn dawk prezenti, niseg hajjet dan il-qaddis kif tidher fit-tliet inkwadri kbar fil-knisja: dak tal-Konverzjoni f’genb minhom, dak tan-Nawfragju fit-titular (li bhalissa jinsab f’post temporanju minhabba xi tiswijiet wara l-artal), u l-Martirju ta’ San Pawl f’Ruma. Hu u jippriedka, Dun Mikiel ghamel xi mistoqsijiet dwar San Pawl lit-tfal li, minn naha taghhom, wegbuh minghajr misthija, malajr, preciz, u fil-pront.
L-attenzjoni li wrew it-tfal tul il-quddiesa kollha kienet xi haga ta' min jammiraha, u ta' dan ahna nifirhu lill-ghalliema u nawgurawlhom kontinwazzjoni shiha fl-edukazzjoni ta’ dawn l-angli. Lit-tfal nawgurawlhom ukoll tmiem sena skolastika b’successi mill-isbah u kontinwazzjoni shiha wara l-jiem tas-sajf fejn ikunu jistghu javanzaw fis-snin li ghandhom quddiemhom.
Wara l-quddiesa, l-iskola 'San Frangisk', kellhom ikla zghira f’wiehed mir-resturanti gol-Menqa tal-Port ta’ Marsalforn. Ahna nawguraw lil dawn it-tfal tal-iskola 'San Frangisk' (St Frances School, Cospicua) li jibqghu jiftakru din il-gurnata gewwa Ghawdex, u li jergghu jzuruna u, forsi, ikunu wkoll jistghu jaqsmu l-esperjenzi taghhom ma' studenti minn din il-gzira.
Have a good Summer Boys and Girls.
Titwila fis-sit 'ST FRANCIS SCHOOL', Cospicua, Malta: http://www.stfrancis.edu.mt/index.htm