Saturday, June 13, 2009

Ix-Xaghra f'rabta ma' San Pawl.


CACCIENSIA 2

Il-knisja ta’ San Pawl, f’Marsalforn, u l-istorja tieghu, gew ippubblikati flimkien ma’ artikli ohra dwar dan il-villagg, fil-ktejjeb tat-tieni harga Cacciensia, mahrug mill-Parrocca Marija Bambina, tax-Xaghra, Ghawdex.

Il-kelma ‘Cacciensa’ gejja minn ‘Caccia’ u r-rivista tinkludi sensiela ta’ pubblikazzjonijiet li fihom taghrif dwar l-istorja u l-kultura tar-rahal tax-Xaghra, Ghawdex. ‘Casal Caccia’ huwa l-isem qadim tar-rahal tax-Xaghra li bih kien jissejjah sa mit-twqaqqif tal-parrocca fl-1688. Is-sensiela ghandha l-iskop li ggib ghall-gharfien tal-poplu Malti u tal-emigranti, l-aspetti kollha ta’ grajjiet ir-rahal.

F’din il-harga nsibu kitbiet min Joe Attard-Tabone dwar il-Grotta ta’ San Pawl u minn Joseph Bezzina, dwar il-Kappella ta’ San Pawl, f’Marsalforn. San Pawl fl-ikonografija tal-parrocca tax-Xaghra huwa kontribuzzjoni ta’ Dr Aaron Attard-Hili, filwaqt li l-gheruq u x-xniexel ta’ San Pawl fir-rahal u l-parrocca tax-Xaghra, huwa kitba ta’ Guzeppi Cini


Din hija harga tassew interressanti, specjalment ghall-informazzjoni dwar Marsalforn u l-knisja tieghu. Kull familja gewwa dan il-villagg ckejken, specjalment dawk li ghandom it-tfal l-iskol, jaghmlu tajjeb jakkwistaw kopja. It-taghrif huwa akkompanjat minn hafna referenzi; dan zgur jghin lill-istudenti taghna.

L-aministrazzjoni ta’ dan il-blogg tawgura success lill-edituri ta’ Cacciensia,’ hafna successi, u tirringrazzjahom ghall-inizjattiva li jiddedikaw din it-tieni harga b’tifkira tas-Sena Pawlina li ninsabu fiha., kif ukoll ghat-tgharif dwar il-knisja u l-madwar taghha gewwa Marsalforn.