Monday, July 27, 2009
IL-GRIZMA TAL-ISQOF FIL-KNISJA TA' MARSALFORN
IL-GRIZMA TAL-ISQOF
Konna ilna nistennew il-Jum tal-Hadd, 26 ta' Lulju:
ghax fih, kellha issir il-Grizma tal-Isqof.
Bjorn u huh Franswa Mizzi
Carla Portelli
Aaron Tourah
u Maria Degiorgio
Wara preparazzjoni xierqa fit-taghlim tal-Katekizmu, biex issa li ser ikunu insara adulti fil-Knisja jghixu d-duttrina b'ezempju tajjeb ghall-kulhadd.
Il-Kommunita nisranija ta' Marsalforn, hassitha kburija, li inghaqdet ma dawn it-tfal fil-festa tal-Grizma. It-tfal kollha memebri tal-Chorus Unda Maris, animaw il-kant u hallew impressjoni tajba quddiem knisja mimliha bin-nies.
Mons Isqof, hassu ukoll emozzjonat, meta sejjah lit-tfal kollha hdejn biex iqieghed idejh fuqhom b'talb herqan ghall-inzul l-Ispirtu s-Santu fuqhom.
L-E. T. Mons Isqof Mario Grech, ikkonkluda "j'alla dawn l-adoloxxenti, li llum ircivew il-qawwa tal-Ispirtu s-Sant jikbru u jkomplu jimmaturaw fil-hajja nisranija, biex jkunu bhal hmira fil-kommunita ta' Marsalforn, fil-gejjieni".
Ic-celebrazzjoni ewkaristika, kompliet tilhaq il-qofol taghha meta fit-tqarbin, kellna maghna tlitt it-tfal, ERIN ROCHE, IMOGEN ROCHE U ELLIS CAVANAGH minn Birmingham ta' nisel Ghawdxi, li hadu l-okkazjoni biex bil-libsa bajda qishom tlitt angli, telghu jircievu l-ikel tas-sema.