Saturday, July 25, 2009
MANIFESTAZZJONI MARJANA F'MARSALFORN
Manifestazzjoni Marjana
Attivita, li saret data importanti ghad-djocesi t'Ghawdex, hi dik tal-Manifestazzjoni Marja, li issa hadet posta ukoll fil-Wied ta' Marsalforn, fejn Nhar il-Hamis, ghadd sabieh ta' Ghawdxin, u maghhom Maltin ukoll, li qeghdin vuilleggjatura f'Ghawdex, partikolarment gewwa Marsalforen, inghaqdu flimkien biex juru l-impenn taghhom, favur Ambjent Moralment nadif.
Il-Korteo beda minn mnejn il-parking bir-recita tar-ruzarju u tkompla fil-post indikat fejn Mons Isqof Mario Grech, kien assisstit minn Mons Rozario Borg, u mill-Kan Kapp. Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta' San Pawl f'Marsalforn, mexxa l-koncelebrazzjoni ma ghadd kbir ta' sacerdoti u religjuzi.
Fid-diskors tieghu Mons Mario Grech sahaq fuq il-htiega, li hekk kif issa drajna b'kuxjenza li nibzghu ghall-ambjent, hekk jehtieg li nibzghu ghal dak kollu li jaghmilna Maltin, minn gheruqna. "Irridu naghmluha cara li jisthoqqilna ahjar, meta ahna rcivejna, tant drawwiet tajbin minn ghand missirijietna, flimkien ma osservazzjoni b'reqqa tal-ligi t'Alla imbaghad sfaccatament inhossuna daqstant imhedda minn maltemp li nisthajluh irid igorr mieghu il-moralita publika fil-bahar, u addio il-hajja li ghixna fiha sa llum".
B'harsitna 'l quddiem, kulhadd ghandu jimpenja ruhu biex jixhed ghas-sewwa, fi kliemu, fi ilbiesu fid-dar, fix-xtajtiet, u fuq kollox fil-knisja.