Sunday, September 6, 2009

IT-TFAL TAL-PARROCCA JIRRINGRAZZJAW LIL-KAPPILLAN TAL-PARTY LI GHAMLILHOM 'ON THE ROOF'



Wara ġranet twal tas-sajf, fejn it-tfal taw sehemhom fil-liturġija, partikularment l-abbatini u t-tfal tal-kor Unda Maris, kien jixraq li jiltaqgħu flimkien u jiġu ppremjati tax-xogħol li jwettqu regulari fil-Knisja ta’ Missierna San Pawl f’Marsalforn. Għalhekk nhar is-Sibt, 5 ta’ Settembru 2009, filgħaxija, ġie organizzat Roof Party għal dawn it-tfal bil-kollaborazzjoni ta’ ħafna residenti u villeġjanti li japprezzaw ħafna l-ħeġġa ta’ dawn it-tfal, li huma kollha minn Marsalforn, waqt is-servizzi liturġiċi.
It-terrazzin tal-knisja ġie imżejjen għal din l-okkażjoni, bl-isfond meraviljuż tal-bajja ta’ Marsalforn. Iż-żiffa ħelwa li kienet ġejja minn fuq il-baħar kompliet tferraħ lit-tfal mad-daqq tal-Band li kienet iffurmata minn Godwin Cini fuq il-kitarra u Matthew Cini fuq il-piano.


Lucia Said