Thursday, January 7, 2010

JUM IS-SANTA NFANZJA



Il-festa tas-Sant’Infanzja

Fil-bulettin tal-Hadd ir-Rettur taghna habbrilna li t-Tlieta 5 ta’ Jannar 2010 ser jaghmel il-festa bil-Bambin tas-Sant’Infanzja. Issa jew ghax ommi kienet tghidi li “qisni tifel minn tas-Sant’Infanzja”, jew ghax bdejt niftakar fil-kanzunetta ta’ David Azzopardi Bambin iswed, gietni l-kurzità li llejla nasal wasla sal-knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn.

Hemm ga sibt l-abbatini jikkustinjaw bejniethom fuq min ser jaghmel akkolta u min censier, sakemm dahal ir-Rettur u newlilhom l-iskeda li kienet ilha hemm minn gimghat qabel u hadd ma ta kas taghha. Canfira sewwa ha JP ghal zewg kuccarini incens minflok wahda. Canfira fis-sagristija tghodd hafna biex it-tfal jidraw, anki fil-hajja ta’ kuljum taghhom, ma jahlux.

Bdiet il-purcissjoni mill-bieb tal-genb tas-sagristija ghat-tarag imponenti ta’ quddiem il-knisja, purcissjoni semplici fejn kulhadd zamm postu skond l-ordni tieghu: tal-incens fuq quddiem, tac-censier warajh, salib u zewg akkolti dritt warajhom, tfal ohra li kienu prezenti fil-knisja u ohrajn li kellhom jaghmlu parti mill-qari tal-Quddiesa jsegwuhom, imbaghad ir-Rettur izomm fil-gholi Bambin ta’ gilda sewda u zewg abbatini ohra jakkumpanjawh. Ghalkemm l-abbatini, b’heffa liema bhalha, ghamlu l-korsa fit-tarag min-naha tal-genb, bejn vers u iehor ta’ Ninni la tibkix izjed smajna lil Dun Mikiel jghajjat, minn go nofs it-tarag, minn quddiem il-bieb tal-knisja. L-abbatini fettlilhom jiehdu shortcut kif riedu huma, izda l-ordni tar-Rettur ittrijunfat! Imma l-armonija sparixxiet xhin naha wahda tal-bibien tal-hgieg sabuha maghluqa u ghalhekk ma setghux jidhlu miz-zewg nahat kif is-soltu jaghmlu.

Bil-Bambin iswed gewwa l-maxtura quddiem l-altar maggur, li kienet ilha hemm minn lejlet il-Milied, bdiet il-Quddiesa, fejn imbaghad wasal il-mument tal-kelma mir-Rettur dwar it-tifsira ta’ din il-festa “gdida” fil-knisja ta’ Marsalforn. Il-Kanonku Borg gabilna l-ezempju tal-Magi, li fosthom, kif nafu, kien hemm wiehed ta’ gilda samra; hu ried iffakarna li dan qed jirrapprezenta lil hutna bhalna imma aktarx b’religjon differenti minn taghna. L-istess Tarbija ckejkna turina li Hi giet fid-dinja ghas-salvazzjoni ta’ kulhadd, u mhux taghna biss, il-bojod jew ta’ kulur iehor; gie ghal kulhadd: ghas-somor, ghas-suwed, ghall-homor, ghal dawk b’ghajnejhom imgebbdin, u ghal dawk b’ghajnejhom mhux imgebbdin. Hawn ic-ckejken l-aktar imqareb fost il-kongregazzjoni kollha tkellem u qal: “Gie wkoll ghall-hoxnin u ghall-irqaq!”.

B’daqsxejn ta’ tbissima – ghax ma setax jaghmel ahjar! – ir-Rettur kompla bl-ezempji tieghu, fejn sahaq li l-ewwel irridu ndahhluha f’mohhna ahna l-kbar li nifmhu s-sitwazzjoni prezenti u l-prezenza ta’ dawn li qed nitkellmu fuqhom, u li hafna minnhom jinsabu f’dan il-villagg ta’ Marsalforn u kull ma jmur dejjem qed jizdiedu. Qalilna li l-ewwel irridu nkunu ahna li naghrfu l-htiega tal-ghajnuna lil dawn li huma proxxmu taghna, imbaghad naghtu l-ezempju tajjeb lil uliedna, u mhux bil-kontra, biex b’hekk uliedna jkunu lesti li jsiru midhla taghhom u jifhmu htigijiethom.

Imbaghad erbat ibniet qraw it-talba tal-fidili, u wara l-offertorju r-Rettur stieden lit-tfal kollha jduru mal-Mejda tal-Mulej sabiex jaqsam maghhom aktar mill-vicin l-istedina li ghamel Gesù lid-dixxipli tieghu. U hdejh pogga l-aktar wiehed imqareb, li dwaru tkellimna qabel; imma jekk ir-Rettur kellu f’mohhu li forsi jikkalmah ftit u joqghod bil-ghaqal, dan swielu kollu ta’ xejn, ghax b’ebda mod ma ried jieqaf jinbex lil ta’ hdejh, l-aktar xhin wasal biex jaqsam u jaghti l-paci lil ta’ magenbu.

Ic-celebrazzjoni spiccat billi r-Rettur stieden lill-istess membri tal-kongregazzjoni javvicinaw l-altar u jbusu lil dan il-Bambin iswed minn idejn ir-Rettur. Pagna ohra fl-istorja tal-knisja taghna li wasslitilna taghlima u fl-istess hin gabet tbissima fuq fomm kulhadd.

F’Marsalforn, kemm fis-sajf u kemm fix-xitwa, hemm bzonn ta’ hafna attenzjoni lejn ic-ckejknin taghna, li ghalkemm hafna minnhom ghandhom sewwa min jindokrahom u jedukahom, hemm ukoll min m’ghandux min jurih it-triq. Ghalhekk jiena, minn din ir-rokna zghira u fqajra tieghi, nappella ghall-ghajnuna taghkom b’modi differenti: talenti, volontarjat u ghajnuniet ohra, anki finanzjarji, sabiex ir-Rettur taghna jkompli jsahhah hidmietu u jkun jista’ jissokta jghallem, jeduka u jghin lil dawk l-aktar fil-bzonn.

Nawguralkom il-kumplament tas-sena t-tajba.


Joe Zammit
b’dak li rajt u nnotajt jien u niehu r-ritratti tal-lum!