Thursday, July 4, 2013
AWGURI GHAS-SAJF 2013 F'MARSALFORN
Hbieb,
Wara naghsa twila mhux hazin, imhabbat b'xoghol iehor, u forsi ukoll, ghax deherli li "facebook", jista jkun utli ukoll u allura bdejt nahdem fuqu, waqaft milli naggorna il-"blog" tal-Knisja ta' Marsalforn. Imma issa hassejt li m'ghandix nabbanduna l-Blog, u fi hsiebni nipprova inlahhaq ma kollox, u ghalhekk ser nipprova nitfa' l-iktar attivitajiet u grajjiet importanti fil-hajja tal-Komunita Nisranija ta' Marsalforn.
Tajjeb ghalhekk li anke intom, tidhlu fiha u tinteressaw ruhkom f'dak li tixtiequ li taraw u taqraw.
Dan tistghu taghmluh billi tiktbu lili personali:-
mikyborg@maltanet.net
jew l-email ta' dan is-sit:-
marsalfornchurch@gmail.com
Nitama li jkollna kuntatt iehor li bih inzommu ruhna f'kommunita nisranija mibnija fuq il-Kelma t'Alla u l-Ewkaristija.
L-Ghan taghna hu li nheggu lil kull min joqghod f'Marsalforn u lil kull min ikun maghna vaganzi biex ihossu parti mill-Knisja ta' San Pawl.
Nippruvaw u naraw kif il-Blog tal-Knisja ta' San Pawl f'Marsalforn
http://marsalfornchurch.blogspot.com jista jitjieb u jkun interessanti ghall-vizitaturi.
Tkunu mberkin.
Kapp. Mikiel Borg
Rettur Knisja San Pawl
Marsalforn