San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int il-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema, itfa' bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ ta' l-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien ta' l-erwieħ. Ammen.