GESU’ KRISTU SULTAN TAL-MAHFRA!
(Omelija ghas-solennita’ ta’ Kristu Sultan - sena C)
(L-ewwel lezzjoni : 2Sam 5,1-3)
(Vangelu: Luqa
23, 35-43)
Nahseb
tiftakruhom il-Brigate Rosse ta’ l-Italja. Dawn kienu zghazagh li fis-snin
tmenin xtaqu jgibu rivoluzzjoni fl-Italja billi jisparaw fuq dak u fuq l-iehor,
jahtfu nies importanti u jpoggu bombi f’postijiet pubblici. Kienu holqu chaos
u biza’ mal-pajjiz kollui. Dawn iz-zghazagh inqabdu, gew ipprocessati u hadu
l-kundanna taghhom. Jezisti ktieb li jigbor fih ghadd ta’ ittri li dawn
il-prigunieri kitbu lil wiehed sacerdot, certu Don Carmelo...kien imur izurhom
fil-habs, jitkellem maghhom u lil diversi minnhom irnexxielu jqabbadhom it-triq
ta’ l-indiema, it-triq tal-konverzjoni, it-triq tal-Vangelu. Ha naqralkom
x’kitbitlu wahda minnhom, jisimha Fulvia. Qaltlu: “Don Carmelo, kuljum infahhar
‘l Alla u nirringrazzjah ghax f’mument ta’ disperazzjoni, kont wasalt biex
noqtol ruhi b’idejja, Hu qabadni minn idejja u salvani. Niftakar f’dak iz-zmien
kont fil-habs ta’ Voghera. Darba minnhom harist ‘il barra mit-tieqa zghira
tac-cella u fil-boghod ilmaht salib fuq kampnar ta’ Knisja. Dak il-hin dort
lejn Alla u gieni li nghidlu: ‘Int fejn int? Se tismaghni jew m’intix?’
Haga ta’ l-iskantament, hassejt f’qalbi paci kbira...kont bdejt it-triq
tal-helsien!”
Kien salib ta’ l-injam, tal-hadid jew tal-bronz fuq kampnar ta’ knisja
fil-boghod li nissel fil-qalb ta’ Fulvia xewqa t’Alla, bidu ta’ ndiema
ghad-delitti li wettqet u iktar tard, mixja ta’ konverzjoni. Ma jistax ikollna
dubju. Hemm mahfra kbira t’Alla ghal min, bhal Fulvia, jindem
bis-serjeta’ minn htijietu. Jghidilna San Pawl fl-ittra tieghu lill-Efesin:
Alla huwa ghani fil-hniena, hniena li Hu wrihielna bil-hajja gdida li tana
permezz ta’ Kristu.
Ha nigu ghal dak li qeghdin niccelebraw illum: is-solennita’ ta’ Sidna
Gesu’ Kristu Sultan, din is-sena bhala Sultan tal-mahfra. Se naghmel
tliet riflessjonijiet.
L-ewwelnett: x’tip ta’ Sultan huwa Gesu’ Kristu?
Fil-Vangelu ta’ San Gwann, bhal fil-vangeli l-ohra, ghandna r-rakkont
tat-tkattir tal-hobz. Gesu’ tema kotra kbira ta’ nies b’hames hobziet tax-xghir
u zewg hutiet zghar. Ghax rat dik l-abbundanza ta’ ikel u kielet b’xejn, in-nies
riedet taghmlu sultan. Pero’ jkompli jghidilna San Gwann: “meta ntebah li kienu
gejjin biex jehduh bilfors halli jaghmluh sultan, Gesu’ rega’ warrab wahdu lejn
il-gholjiet.” Jekk ikolli nghid: nahseb hemm wahdu qalb l-gholjiet, Gesu’ beka
mal-Missier, ghax in-nies ma kinetx qed tqis il-hwejjeg t’Alla, imma kienet
tahsibha ta’ nies li kienet, u n-nies minn
dejjem kienet materjalista, iktar ma jkollha iktar trid, tibza’ mill-iebes,
trijonfalistika, biex nuza espressjoni aktar moderna, “thobb il-briju”.
Mela
waslet is-siegha tal-passjoni: Gesu’ gie ttradut, maqbud, ipprocessat, u kif
smajna fil-vangelu tal-lum, imsammar ma’ salib bejn zewg hallelin. Issa kien
il-mument li jjidher u jiddikjara lilU nnifsu bhala Sultan. Ghand Pilatu,
is-suldati zebilhuh billi libbsuh u irtokkjawh bhala sultan. U
ghall-mistoqsijiet li ghamillu Pilatu, Gesu’ qallu b’konvinzjoni: “Jien Sultan,
imma s-Saltna tieghi mhijiex ta’ din id-dinja...” “Mirbuh Huwa jirbah!” Hekk
kien hemm miktub fuq santa ta’ Gesu’ inkurunat bix-xewk li zamm fuqu l-Kardinal
Mindzenty mill-Ungerija kemm dam f’habs komunista u mbaghad eziljat minn
pajjizu.
It-tieninett: Gesu’ huwa Sultan tal-mahfra. Matul il-hajja pubblika
tieghu, Gesu’ mhux biss ippriedka l-mahfra t’Alla b’diversi parabboli, imma
narawh ukoll ifittex lill-midinbin, jiltaqa’ maghhom, jithabbeb maghhom, jiekol
maghhom u jahfrilhom dnubiethom. Xi nies seksieka qalu ghalih: “Dan wikkiel u
sakranazz, habib tal-pubblikani u tal-midinbin.” Ohrajn tfixklu minhabba fih u
qalu: “Dan qieghed jidghi! Min jista’ jahfirhom id-dnubiet hlief Alla biss?”
Il-Vangelu tal-lum jispicca bil-mahfra li ta lill-halliel niedem. Talbu
l-halliel : « Gesu’ ftakar fija meta tigi fis-saltna tieghek. » Gesu’
wiegbu : “Tassew, nghidlek, illum tkun il-genna mieghi.”
Fl-ahharnett: Gesu’ Sultan tal-mahfra jesigi minna
li nahfru lil xulxin.
Nghiduha kif inhi li
tahfer lil min ghamillek il-hsara mhix xi haga facli. In-natura ta’ bniedem jew
bniedma li jien tghidli : patti, taqax ghal dak li jkun, tkunx paljazza
ta’ haddiehor , jekk tahfer ghandhom mnejn jergghu jaghmluhielek…imma fid-diskors
tal-muntanja, l-Espert ta’ l-imhabba jesigi minna mahfra reciproka. “Hobbu
lill-ghedewwa taghkom u itolbu ghal dawk li jippersegwitawkom.” Meta titlobu
lill-Missier, ghidulu: “...ahfrilna dnubietna bhalma ahna nahfru lil min hu
hati ghalina.” Il-mahfra hija decizjoni difficli izda mhix impossibbli. Jekk
naslu ghaliha nistghu bi dritt kollu nqisu ruhna bhala sudditi ta’ Kristu Sultan.
Bhalma qalu l-Izraelin lil David f’Hebron, ahna nkunu nistghu nduru lejn Kristu Msallam u nghidulu : « Hawn
ahna ! Ghadmek u lahmek ahna… ! » D.MG