FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI -
Il-Papa Piju
IX fit-8 ta’ Diċembru 1854 iddikjara bħala Domma tal-fidi li “l-Imqaddsa Verġni
Marija, sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha, bi grazzja u privileġġ
waħdieni ġiet imħarsa minn kull tebgħa tad-dnub tan-nisel... bis-saħħa
tal-merti futuri ta’ Ġesù Kristu, Salvatur tal-bnedmin kollha.”X’inhu s-sigriet tas-sbuħija ta’ Marija?
1.
Marija
hi sabiħa għax hi bla tebgħa ta’ dnub: “Int kollok ġmiel, Marija, ma ttebbajtx
mid-dnub tan-nisel.” (Antifona tat-tieni Għasar tal-Immakulata.)
2.
Sabiħa
għax kollha kemm hi sabiħa, minn ġewwa u minn barra. Is-sbuħija vera mhix make up jew irtokk. Sabiħa għax safja
f’ruħha u f’ġisimha.
3.
Sabiħa
għax mimlija bil-grazzja, kfi sellmilha l-Anġlu Gabrijel. Pawlu VI qal:
“Il-grazzja hi l-ogħla sbuħija tar-ruħ.” (8 ta’ Diċembru 1970) Marija hi sabiħa
għax qaddisa.
4.
Marija
hi sabiħa għax rifless ta’ Alla. Pawlu VI: “Il-Madonna hija xbieha perfetta u
rifless ta’ Alla. Il-ħlewwa, l-imħabba u s-sbuħija ta’ Alla jinsabu jiddu fuq
il-wiċċ innoċenti u safi tal-Madonna.” (8 ta’ Diċembru 1966)
5.
Marija
sabiha għax kollha tjubija. Pawlu VI: “Il-vera sbuħija qatt ma tista’ tinfired
mit-tjubija. F’Marija, is-buħija u t-tjubija jmorru id f’id.” (19 ta’ Awwissu
1978) L-istess Papa jgħid: “Il-ġmiel u l-virtù f’Marija huma magħqudin
f’armonija bejniethom.” (8 ta’ Diċembru 1968)