Tuesday, April 22, 2014

BULLETTIN TAL-KNISJA TA' SAN PAWL  -
MARSALFORN
20 TA' APRIL 2014

Din ir-Riflessjoni qiegħda fuq il-Vanġelu ta’ San Mattew Kap 28, 1-10.

Daħla
Hekk ipprietka San Pietru fl-Atti tal-Appostli (Att1 13, 32-33) :- “NAGĦTUKOM L-AĦBAR TAJBA:  “ALLA QAJJEM LIL ĠESÙ MILL-IMWIET”.

Din l-aħbar it-tajba qiegħda tħabbar mill-ġdid illum il-Knisja. U nirrepetuha fil-KREDU ;-
“SALLBUH GĦALINA. BATA TAĦT PONZJU PILATU MIET U DIFNUH UF IT-TIELET JUM QAM MINN BEJN L-IMWIET SKONT IL-KOTBA MQADDSA”.

Kristu qam u qam bil-porvi. Il-Qawmien ta’ Kristu huwa fatt reali, fatt storiku, seħħ tassew.

Naraw tliet punti
1.           Il-Ġimgħa l-Kbira għal Sbiħ il-Għid.
2.           L-aħbar it-Tajba tal-Anġlu.
3            Id-dehriet ta’ Karistu Rxoxt.

L-ewwel Punt: Kristu miet tassew

Ġwanni l-Evanġelista kitbilna: “Meta waslu għal Ġesù, ma kissrulux saqajh billi kien diġà mejjet. Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu bil-lanza. (Ġw. 19-34) Dan kien iċ-ċertifikat tal-Mewt ta’ Kristu.

Kristu ġie midfun
L-istess Ġwanni l-Evanġelista jiktibilna: “Kien hemm ġnien fjen kien hemm qabar ġdid li fih kien għadu ma difnu lil ħadd. Hemmhekk qegħdu lil Ġesù.” (Ġw. 19: 41.)

Bil-għassa mal-qabar
San Mattew l-Evanġelista kitbilna: “U huma marru ssiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa’ mħares sewwa u ħallew ukoll l-għassa miegħu” (Mt 27, 62-65)

X’ġara sbiħ il-Ħadd filgħodu
San Mattew qalilna fil-Vanġelu tal-lum: “Fl-ewwel jum tal-ġimgħa (jiġfieri bħal-lum il-Ħadd Marija Maddelna u oħrajn marru biex jaraw il-qabar) u kif kienet id-drawwa dak iż-żmien bil-fwejjaħ jidilku l-ġisem ta’ Ġesù mejjet). U sabu li l-ġebla mad-daħla tal-qabar (li kienet kbira ħafna) kienet imneħħija.”

X’kien ġara?

Għamlet theżżiża kbira
“Inħasset theżżiża kbira. Għax niżel Anġlu tal-Mulej mis-sema u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha. Id-dehra tal-anġlu kienet bħal berqa, ilbiesu abjad silġ. Bil-biża’ l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin.”
It-Tieni Punt: L-aħbar it-tajba tal-Anġlu

L-aqwa aħbar li qatt instemgħet fl-istorja tad-dinja kienet din l-aħbar tal-Anġlu lin-nisa.

a.      Tibżgħu xejn. Jien naf li qed tfittxu lil Ġesù li kien imsallab.

b.      “L-imsallab Mhuwiex hawn”

Iddur kemm iddur ċimiterji fid-dinja, dejjem l-istess kitba ssib fuqhom : “Hawn jinsab midfun it-tali... jew it-talija.  L-uniku qabar fejn il-kadavru “Mhuwiex hawn” huwa l-qabar ta’ Kristu.
“Mhuwiex hawn”. Mela fejn hu?

c.       L-anġlu jħabbar: “Qam kif kien qal”
-          L-Imsallab qam
-          Il-Mejjet irxoxta
-          Alla jagħmel l-impossibbli. Għax huwa sid tal-Impossibbli.

Fuq il-Kalvarju, iċ-Ċenturjun ddikjara li Kristu miet tassew. Ta ċ-Ċertifikat tal-Mewt. Illum l-Anġlu jagħti ċ-Ċertifikat tal-ħajja. L-Imsallab qam.

d.       L-Anġlu kompla; “Ejjew araw il-post fejn qiegħed”
-          Qabar vojt: “Il-Qabar isir benniena li fih Kristu twieled mill-ĠDID” – Hekk qal l-istudjuż tal-Bibbja Gianfranco Ravisi, illum Kardinal.
-          Is-soltu mill-qabar toħroġ riħa ta’ mewt. Imma illum mill-qabar ħarġet il-ĦAJJA.
-          Is-soltu mal-qabar jispiċċa kollox. Għall-kuntrarju, ISSA SER JIBDA KOLLOX GĦAL KRISTU. Il-Papa Ġwanni Pawlu fis-6 ta’ April 1997 meta żar il-qabar ta’ Kristu qal: “Dan hu l-aktar post Qaddis fid-Dinja. Dan hu qabar vojt.

e.      L-Anġlu tagħhom ordni  “Morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li hu QAM MILL-IMWIET”.  Dawk telqu malajr “kellhom biża u ferħ” u taw l-aħbar lid-dixxipli. Iżda ma emmnuhomx.

Kemm jiżbalja bl-ikrah min jgħid li kienu l-Appostli li vvintaw din “il-qlajja” li Kristu qam.
Għall-kuntrarju. L-Appostli kienu tqal biex jemmnu lill-Maddalena.
Luqa jgħidilna li “L-Appostli d-diskors tan-nisa stħajluh thewdin u ma emmnuhomx” (LQ 23,11)

Il-ĠIRJA TA’ PIETRU U ĠWANNI
“Għalhekk Pietru u Ġwanni telqu lejn il-qabar. Ġwanni ħaffef aktar minn Pietru, imma ma daħalx. L-ewwel daħal Pietru u ra li kollox kien bl-ordni, l-għażel għalih, u l-maktru ta’ ma rasu mitni għalih.” Mela ma kienux xi ħallelin li serquh, għax il-ħallelin ma jħallux ordni warajhom. Imbagħad daħal Ġwanni, "Ra u Emmen”. Emmen li “dak Ġesù kien qalilhom li fit-tielet jum iqum” dan seħħ. Fost l-Appostli Ġwanni huwa l-ewwel xhud ta’ Kristu Rxoxt.




It-Tielet Punt: Id-Dehriet ta’ Kristu Rxoxt

Kristu qam u qam bil-provi. U l-provi jagħtuhom ix-xhieda li rawh,  tkellmu miegħu kielu u xorbu miegħu.

Fil-jiem u l-Ħdud li ġejjin, fil-Quddies naraw fuq dawn id-dehriet ta’ Kristu Rxoxt, fosthom
1.      Id-Dehra ta’ Kristu lill-Maddalena.
2.      Id-Dehra ta’ Kristu lid-dixxippli ta’ Emmaus.
3.      Id-Dehra ta’ Kristu lill-Appostli fiċ-ċenaklu, Tumas ma kienx magħhom.
4.      Tmint ijiem wara d-dehra ta’ Kristu lill-Appostli u Tumas kien magħhom.
5.      Id-dehra lill-Appostli ħdejn il-baħar ta’ tiberija.
6.      Id-dehra lid-dixxilpli fuq muntajna fil-Galilea fejn tahom il-mandat “Morru fid-dinja kollha xandru l-bxara t-tajba.”

Min jisma l-quddies matul din il-ġimgħa, jisma’ dawn ir-rakkont kollha.

Konklużjoni

Ejjew nifirħu u b’fidi qawwija intennu: “KRISTU QAM TASSEW MILL-MEWT. HALLELUJAH HALLELUJAH.”


Noti

L-omelija hija bbażata fuq:
-          il-ktejjeb tal-Kardinal Carlo Maria Martini “Testimoni del Risorto”
-          il-ktieb “Diatessaron: L-Erba’ evanġelji f’ Evanġelju wieħed” ta’ Patri Guido Schembri OFM
-          il-ktieb “Gli appuntamenti di Dio- Via Resurectionis” ta’ Don alessandro Pronzato.
(ACM)