IL-MIRAKLU TAT-TKATTIR TAL-ĦOBŻ
Il-Vanġelu jġibilna quddiem wiċċna l-problema tal-ġuħ. Folla mġewħa. M’għandhomx x’jieklu. Problema tal-imgħoddi, u u diżgrazzjatament problema tal-lum. Quddiem il-ġuħ, kif ġabru rwieħhom l-Appostli, u kif ġab ruħu Ġesù?
Naraw :
QUDDIEM IL-FOLLA BIL-ĠUĦ: ID-DIFFERENZA BEJN L-IMĠIBA TAL-APPOSTLI U L-IMĠIBA TA’ ĠESÙ
L-Appostli moħħhom f’ħaġa waħda: “ibgħathom id-dar”!
Riedu jfarfru minn fuq spallejhom.
Riedu jaħslu jdejhom: “aħna x’nindaħlu?”
Riedħu jeħilsu minnhom: “Ħallihom idabbru rashom huma u jirranġaw kif jistgħu!”
Kristu għall-kuntrarju “tħassahom”, u qal lill-Appostli: “Agħtuhom intom x’jieklu”.
L-Appostli riedu jfarfu mir-responsabbiltà; Ġesù qed jgħabbihom bir-responsabbiltà.
L-Appostli bil-pulit ma riedux jindaħlu; Kristu, għall-kuntrarju, qed jordnalhom biex jindaħlu: “Agħtuhom intom”.