Sunday, October 12, 2014

BULLETTIN KNISJA SAN PAWL MARSALFORN - 31 TA' AWWISSU 2014 
_____________________________________________________________________________
BULLETTIN KNISJA SAN PAWL - MARSALFORN
24 TA' AWWISSU 2014
RIFLESSJONI
L-Istqarrija ta’ Kristu dwar it-TMEXXIJA TAL-KNISJA

Bħala tweġiba għall-istqariija solenni ta’ Pietru, Kristu jagħmel stqarrija importantissima: “HIENI INT XMUN BIN ĠONA... U JIEN NGĦIDLEK: INTI PIETRU u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.”

Ninnotaw:
1.      Il-bdil tal-isem:
L-isem mhux bħal-lum ma jfisser xejn. Dak iż-żmien l-isem ifisser il-Vokazzjoni li dak il-bniedem għandu. L-isem ġdid ta’ “Pietru” jfisser vokazzjoni ġdida, uffiċju ġdid.

2.      U fuq din il-BLATA.
Kristu hu l-fundatur, il-Bennej tal-Knisja. Pietru ser ikun il-BLATA li jżomm soda lill-Knisja. Il-Blata li torbot u tgħaqqad il-komunità.

3.      Nibni l-Knisja “tiegħi”.
Kristu jgħid “Il-Knisja tiegħi”. Mela ħadd ma jippretendi li l-Knisja tiegħu.

4.      Is-setgħat tal-Infern ma jegħlbuhiex”.
Għedewwa jkollha, imma la tispiċċa u lanqas tingħeleb mill-qawwiet tal-ħażen.
IL-MULEJ GĦAMEL DIN IL-WEGĦDA u ŻAMM KELMTU sal-ġurnata tal-lum u jibqa’ jżommha sal-aħħar taż-żmien. (Nota 2)
Is-setgħat tal-infern qatt ma rnexxielhom jibilgħu jew iġibu fix-xejn lill-Papa u lill-Knisja. (Nota 3)

5.      Jien nagħtik l-imfietaħ”.
Pietru mhux is-sid tal-Knsija. Pietru huwa l-Gwida, l-għassies.  Pietru li hu responsabbli

6.      Torbot u tħoll.
Il-Pata għandu l-awtorità. Awtorità li hi servizz lill-Komunità. Hu jiddikjara x’inhu tajjeb jew x’inhu ħażin, f’dak li għandu x’jaqsam ma duttrina u ma mġiba morali.


Konklużjoni

Ma’ Pietru nistqarru li “Ġesù hu l-Messija l-Iben t’ Alla ħaj”.
Ma’ Pietru u taħt Pietru inkunu “Ġebel ħaj”, membri ħajjin fil-binja spiritwali li hi l-Knisja (1 Pietru 2:5).