Tuesday, April 14, 2009

It-Titular fil-Knisja ta' San Pawl Nawfragu, F'Marsalforn Ghawdex



It-Titular fil-knisja ta' San Pawl Nawfragu, f'Marsalforn, Ghawdex




Fit-28 ta' April 1688, mat-twaqqif tal-parrocca tax-Xaghra, f'Ghawdex, il-kappella antika fil-port ta' Marsalforn giet inkorporta mal-limiti ta' din il-parrocca gdida, u ghaddiet taht il-gurisdizzjoni tal-kappillan tal-istess parrocca. X'aktarx li f'dak l-istess zmien, il-kappillan ikkummissjona pittura gdida ghal fuq l-artal ewlieni. Din il-pittura - li ghadha ssebbah il-knisja anki llum - hija attribwita lill-pittrici Maria de Domenicis (1645-1703), soru Maltija li tghallmet taht id-direzzjoni ta' Mattia Preti (l-artist Kalabriz li fil-gzejjer taghna hallielna pitturi mill-isbah). F’dan it-titular San Pawl jidher bil-lifgha li telghet ghal idu minn gon-nar, fejn l-Appostlu tal-Gnus u n-nies li kienu mieghu kienu qeghdin jishnu u jinxfu wara li salvaw u ghamu lejn l-art, meta l-gifen taghhom tkisser fuq il-blat ta' xtajta fuq il-grigal ta' Malta, fis-sena 60 W.K. (Atti tal-Appostli Kap 28, 1). Fil-pittura, jolqotna hafna l-kulur ahmar ftit dghajjef tal-mantell tas-suldat Ruman, imma car u dominanti tal-mantell ta' San Pawl - zewg figuri li jimlew ic-centru tat-tpingija. Fihom wiehed jista' jinterpreta l-istorja mgarrba ta' Pawlu li jirrapprezenta l-wasla tal-Kristjanezmu anki fuq xtutna, flimkien ma' rapprezentant ta' Ruma, li dak iz-zmien kienet tahkem ukoll fuq Malta, bit-twemmin taghha f'hafna allat - twemmin li biz-zmien kellu jisfa fix-xejn, anki fost missirijietna.


'Din is-silta hija mehuda mill-artiklu 'Marsalforn - a port with a church since antiquity', ta' Dr Rev. Joseph Bezzina, li jinsab fil-ktieb Marsalforn in Retrospect, (Gozo, Malta, 2003). Il-hsieb dwar it-titular tahulna Dr Joe Zammit Ciantar.'