Sunday, April 12, 2009
L-GHID IT-TAJJEB
L-Għid it-Tajjeb
L-Għid it-tajjeb nixteqilkom
Minn qiegħ qalbi f’dawn il-jiem;
Jalla bil-Qawmien ta’ Kristu
Qalbkom tfur bl-hena u s-sliem.
Kristu bata, miet w irxoxta
Sabiex jifdi lil kulħadd
Issa jmiss il-parti tagħna –
Li ma niċħduh qatt u qatt!
Kristu sallab fuq injama
Fost żebliħ, swat u tbatija
Twieled f’għar għeri u fqajjar
Biex jifdina minn kull ħtija.
Fit-tlett snin li dam iterraq
Mat-treqat tal-Palestina,
Smajt lill-folol ta’ spiss jgħidu:
‘Dan il-bniedem biss jaħjina!’
Għaliex Kristu l-Bniedem Alla
Kien ifejjaq lil kulħadd –
Għalih mhemmx razez, fruntieri,
Qatt ma ħares lejn wiċċ ħadd.
Kristu Rxoxt hu l-Missier twajjeb
Mis-salib fetaħ idejh
Għaliex ried meta jitgħolla
Lilna jiġbed ilkoll lejh.
U għalhekk f’dan l-Għid Imqaddes
Nitolbik Mulej Ġesu’
Irxuxtana mill-mewt tagħna
Imla ‘l qalbna b’kull virtu’.
Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex