Saturday, May 23, 2009

FESTA TA' SANTA RITA fil-Knisja ta' Marsalforn























FESTA TA' SANTA RITA
It-Tberik u t-Tqassim tal-Fjuri mbierka

Xi haga gdida ukoll saret fil-Knisja ta' Marsalforn, nhar il-Gimgha 22 ta' Mejju festa ta' Santa Rita. Fil-bidu tal-ewkaristija, il-Kapp. Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta' San Pawl, ghamel diskors qasir dwar il-hajja ta' Santa Rita, li sal- gurnata ta' llum ghandha appell lil kull kategorija : nisa, mizzewgin, ommijiet, romol, u religjuzi.

Il-messagg ta' hajja umli u mohbija, bi twettieq tad-dover ta' kuljum maghmul bi mhabba lejn Alla, bhala offerta u b'qadi ghall-ohrajn, jista' jghinna nkunu kuntenti f'din il-hajja u jimbuttana biex insiru qaddisin.

Wara l-Vangelu sar it-talb u tbierek il-ward, li ingieb quddiem l-Artal, imqieghed f'boros maghluqin b'santa u kurunella ta' Santa Rita minn wahda mid-devoti ta' Santa Rita, Marija Camilleri mix-Xaghra. Imbaghad qabel intemmet il-quddiesa, dawn il-boros bil-fjuri mbierek, tqassam lil ghadd kbir ta' devoti ohra u lil dawk kollha li attendew ghac-celebrazzjoni.

Wara seret l-esposizzjoni ta' Gesu' Ewkaristija, inghad ir-Ruzarju b'talb lill-Ispirtu s-Santu u l-funzjoni ntemmet bil-barka sagramentali.

Dawk kollha li kienu prezenti ammiraw hafna din il-festa u b'hekk komplew isahhu l-fidi taghhom, u jkabbru d-devozzjoni lejn Santa Rita.