Wednesday, May 20, 2009

ZARUNA IT-TFAL TAL-ISKOLA SAN FRANGISK TA' VICTORIA


IT-TNEJN 20 TA' MEJJU 2009
Illum, il-knisja ta' San Pawl f'Marsalforn, kellha l-unur tilqa' t-tfal tal-iskola San Frangisk ta' Victoria, li ahna nsibuhom bhala 'Tas-Sorrijiet tal-Istilla'. Waslu Marsalforn ghall-habta tat-8:15 bi tliet xarabanks li waqfu proprju quddiem il-bajja pittoreska ta' Marsalforn, fejn hafna mill-istess tfal iqattghu l-jiem tas-sajf f'villegjatura u ohrajn li jiffrekwentawh biss mal-familja.

Quddiem il-bieb tal-knisja kien hemm jilqaghhom ir-rettur, il-Kanonku Dun Mikiel Borg. Mieghu, ingabru fi gruppi, u flimkien mal-ghalliema taghhom, hadu ritratti ta' tifkira. Dehru sbieh u ferhana, dawn l-angli, libsin l-uniformi taghhom sajfija, qmis hadra u xorts bojod.

Ir-rettur, imbaghad, stedinhom ghal quddiesa fejn, kemm l-abbatini u kemm il-qarreja, kienu tfal mill-istess skola.

Il-knisja kienet mimlija wkoll min-naha l-wahda tal-gnub fejn it-tfal kollha kienu attenti jisimghu l-kelmtejn li kien qed jghidilhom Dun Mikiel.

Din kienet esperjenza sabiha kemm ghalina li nilqghu numru sabih ta' tfal f'din il-knisja, u kemm ghalihom f'bidu ta' preparazzjoni ghall-ezamijiet u wara ghall-jiem sajfin. Ahna nittamaw li hafna minn dawn it-tfal li, flimkien mal-familji taghhom, se jkunu villeggjatura Marsalforn, jattendu l-funzjionijiet u l-laqghat maghmulha specifikament ghalihom matul il-jiem tas-sajf.

Ghada ghandna wkoll nilqghu skola ohra ta' tfal; din id-darba minn Malta.