Friday, June 5, 2009


39 SENA SACERDOTI



Nhar is-Sibt li ghadda, 30 ta’ Mejju, fil-knisja ta’ San Pawl, f’Marsalforn, fil-hin ta’ nofsinhar, saret quddiesa bhala ringrazzjament, li biha tfakkar id-39 anniversarju mill-ordinazzjoni tar-Rettur Dun Mikiel Borg. Prezenti ghal din il-quddiesa kien hemm erbgha mis-sitt sacerdoti li dakinhar tat-30 ta’ Mejju 1970, l-isqof Mons Nikol Cauchi ordna fil-knisja katidrali ta’ Ghawdex. L-erba’ sacerdoti li hadu sehem f’din il-quddiesa flimkien mal-Eccellenza Tieghu l-Isqof Emeritus Mons. Nikol Cauchi, kienu:
Ir-Rettur Dun Mikiel Borg, mix-Xaghra (ukoll Arcipriet Emeritus ta’ San Lawrenz), Dun Anton Sultana, mill-Qala (u eks Arcipriet ta’ dan ir-rahal), Dun Girgor Grech minn Ta’ Kercem (Monsinjur tal-Katidral), u Dun Piet Sammut minn Nadur (awtur ta’ bosta kotba).
Ma kinux prezenti Dun Tarcisju Camilleri (Arcipriet ta’ Sannat) u Dun Guzepp Attard (Kappillan f’Parrocca gewwa l-Amerika).

Din il-quddiesa ma kinitx wahda tal-hin, imma kienet pjuttost private. Ma’ xi familja jew tnejn kien hemm ukoll xi tfal, li pparticipaw fl-offertorju. L-Eccellenza Tieghu rcieva dawn l-offerti min ghand it-tfal, bi tbissima.

Wara l-quddiesa ttiehed ritratt tal-okkazjoni, quddiem l-artal maggur.

Fir-ritratti li qeghdin inwasslulkom ma’ dan ir-rapport f’forma ta’ album, naraw ftit mill-hajja ta’ Dun Mikiel, flimkien ma’ shabu meta kienu gewwa Messina, jistudjaw fil- Kullegg Ignatianum. Naraw ukoll lil Dun Mikiel f’wiehed mill-mumenti tal-istudji tieghu bhala seminarist, narawh ukoll fis-sallott tad-dar taghhom fejn kien ghadu kemm gie ordnat sacerdot, jahseb u jhares lejn il-gejjieni miftuh tal-vokazzjoni tieghu. Ritratti iehor juri lil Dun Mikiel fl-ewwel Quddiesa Solenni tieghu fil-Knisja Bazilika tax-Xaghra, akkumpanjat mill-Arcipriet Mons. M’Ang Cauchi, mir-Rabat, u minn dun Girgor Grech.

Lil dawn is-sitt ministri li ghal dawn id-39 sena hadmu kontinwament fl-ghalqa tal-Mulej, nitolbu li Alla jzomm idejh fuqhom. U fuq kollox, nawguraw lir-Rettur taghna hidmiet aktar f’din il-knisja li gie fdat bil-missjoni appostolika taghha u nitolbuh sabiex isib aktar voluntiera biex jghinuh ikompli b’hitmietu.