Tuesday, June 2, 2009

IL-KORONAZZJONI TAL-MADONNA - L-ahhar jum ta' Mejju 2009 Fil-Knisja ta' Marsalforn


Jum l-Inkoronazzjoni tal-Madonna

Illum il-Hadd, l-ahhar ta’ Mejju, fil-knisja ta’ Marsalforn giet iccelebrata festa ohra li ahna, il-parroccjani, konna ghadna qatt ma rajna. Qed nirreferi ghall-festa tal-Inkoronazzjoni ta’ Marija - celebrazzjoni bir-recita tar-Ruzarju mqaddes mit-tfal tal-kommunità.
Wara li hadna sehem bhal ahwa mill-mejda Ewkaristika, fejn ilkoll kemm ahna hassejna s-sahha spiritwalment, dorna lejn l-Omm taghna Marija, u f’dan l-ahhar jum ta’ Mejju, inghaqadna Maghha bir-recita tar-Ruzarju fejn rajna lit-tfal kollha tal-komunità taghna, jiehdu sehem, min f’haga u min f’ohra, fl-animazzjoni ta’ din it-talba qaddisa.

Dawn l-istess tfal li, fil-maggor parti taghhom kienu qed jiehdu sehem fil-quddiesa bil-kant helu li pprezentaw fi hdan il-kor ‘Chorus Unda Maris’, wara l-quddiesa tferrxu ma’ tfrufijiet il-bankijiet tul il-knisja, kulhadd b’xemgha u bukkett f’idu. Tnejn minnhom kienu libsin differenti; kien hemm tifla liebsa libsa bajda u tfajjel liebes ta’ kavallier.

Waqt l-ewwel hames posti tar-Ruzarju kellna tifel li tana t-tifsir sabih tal-ewwel stazzjon, imbghad iehor irrecita l-ewwel posta. Wara kull posta, is-Sinjura Carmen Cini Il-Leader tal-korr, kantat u mexxiet il-kant b’tema dwar il-Madonna. Hija kienet ukoll akkumpanjata min binha Godwin fuq il-keyboard, bl-ghajnuniet teknici bin binha l-iehor Matthew kif ukoll zewga Joe. Din il-familja miz-Zebbug hija hafna utli fil-preparazzjonijiet tal-kant g'din il-knisja. Waqt il-kant zewgt itfal ohra, wiehed b’xemgha u tifla bil-fjuri, telghu hdejn monument lill-Madonna, bi statwa taghha, bi sfond ta’ damask blu, b’tarag imzejjen b’xemgha li kien ghadhom mitfija quddiemha. It-tfal baqghu sejrin hdejn il-Madonna fejn, it-tfajjel b’xemgha zghira mixghula, beda tiela’ t-tarag, jixghel ix-xemgha ta’ quddiem il-Madonna.

Hekk ghamlu wkoll tfal ohra differenti, wara kull posta Ruzarju, sakemm it-tarag kellu x-xemgha kollha mixghula.

Wara l-Latenija, it-tfal kollha avvincinaw il-presbiterju bix-xemgha u bukketti ta’ fjuri f’idejhom. Kienet dehra sabiha hafna, l-aktar x’hin wasal il-mument li t-tifla liebsa abjad, flimkien mal-kavallier, avvicinaw l-artal - it-tifel innewwl kuruna sabiha lit-tfajla u hija taghmel talba quddiem il-Madonna, f’isem it-tfal kollha ta’ din il-komunità u titla’ t-tarag tpoggi il-kurna f’ras il-Madonna. Imbghad, il-kavallier ghamel talba ohra, hu u jersaq lejn il-Madonna jipprezentalha bukkett fjuri.

It-tfal kollha, wiehed wiehed u wahda wahda, resqu mbaghad lejn il-Madonna u poggew – min xemgha u min fjuri, li bihom imlew it-tarag ta’ quddiem l-istatwa tal-Madonna.

Dan kollu gara l-lejla, fil-knisja ta’ San Pawl, f’Marsalforn: cerimonja simbolika hafna u semplici, li fiha hadu sehem it-tfal kollha tal-komunità ta’ Marsalforn.

Niextieq niehu din l-opportunità biex, f’isem il-genitrui kollha ta’ din il-lokalità, nirringrazzja lir-rettur il-Kanonku Dun Mikiel Borg, tal-inizjattivi kollha li qed jiehu fi hdan din il-komunità. Nirringrazzjah tal-pacenzja li qed jiehu u ghad-determinazzjoni tieghu li jaghmel din il-kommunità, Kommunità b’Identità. Illum jien rajt tfal godda fil-knisja. Dan huwa sinjal tajjeb. Nittamaw li nibqghu narawhom spiss. It-tfal li qeghdin naraw fil-knisja qed ikunu migbura lkoll bil-genituri maghhom. Dan huwa sinjal tajjeb li jawgura komunità b’sahhitha. Il-Madonna rat din il-funzjoni li saret ghaliha. Jien nemmen li se zzomm idejha fuq dawn it-tfal, fuq il-genituri taghhom, fuq ir-rettur, u fuqna, il-bqija tal-komunità ta’ Marsalforn.