Tuesday, June 9, 2009

KULHADD JAGHTI DAQQA T’ID



KULHADD JAGHTI DAQQA T’ID

Wara li kont spiccajt ir-rapport dwar ix-xoghlijiet ta’ manutenzjoni fil-knisja ta’ San Pawl, f’Marsalforn, gejt infurmat li issa tpogga lura t-titular, tnehhiet il-purtiera tad-divizjoni bejn iz-zewg artali, u beda it-tizjin tal-artal tat-titular.

Kont hemm biex niehu xi ritratti lil dan l-istess titular, ghalkemm hadtlu ritratti kemm-il darba digà, f’dawn l-ahhar xhur. Biss biss hareg darbtejn mill-knisja u hrigt warajh bil-kamera. Tpogga f’post iehor gol-knisja, waqt dawn l-ahhar gimghat ta’ manutenzjoni, u gie jidher f’ritratti ohra waqt funzjonijiet li saru. Imma issa jinsab f’postu u nittama li ma jinzilx min hemm.

Iva. Kont hemm biex naghmel rikordju fotografiku ta’ dan ix-xoghol. X’hin dhalt rajt hafna kommozzjoni – min inewll xi gandlier, min jiddritta xi xemgha, min jidderiegi u juri li l-pittura ghadha mmejla, min jiknes, min jahsel, min idendel il-linef, u kulhadd jaghti daqqa t’id.

Tassew ammirajt l-ghajnuna kontinwa li dawn il-voluntieri kienu qed jaghtu. Knisja zghira, imma titlob hafna xoghol, ghax kull funzjoni trid il-libsa taghha. Innutajt hafna wcuh godda wkoll. Dawn tinduna bihom ukoll fil-knisja. Qeghdin jizdiedu wkoll. Rajt tfal li kienu qeghdin jaghtu daqqa t’id ukoll.

Dan ix-xoghol kollu jawgura sajf ta’ hidma u direzzjoni tajba mir-rettur Dun Mikiel Borg li dejjem jahseb x’ha jivvinta.

Qabel ma hsibt biex nitlaq, nilmah lis-Sinjura Doris Zammit, prezentatrici tal-programm televiziv ‘TAN-NANNA KOLLHU HELU MANNA'. Hija u l-crew televiz taghha gew biex jiffilmjaw imkejjen minn din il-knisa, b’rabta ma’ wiehed mill-programmi li jitrattaw il-leggendi f’Ghawdex: il-leggenda ta’ meta kienu dahlu xi furbani fil-port ta’ Marsalforn u wiehed minhom kien dahal gewwa din il-knisja u seraq ‘terha’ minn fuq l-artal, imzejna bl-isbah bizzilla Ghawdxija. Il-kumplament ta’ din il-leggenda tarawh fuq il-mezzi televizivi.

Dawk kollha li jixtiequ jaghmlu uzu minn xi hin liberu taghhom u jistghu jaghtu daqqa t’id, kemm jikkuntattjaw lil Dun Mikiel. Ninsab cert li jsibilhom x’jaghmlu.

Inheggukom ukoll taghtu titwila lill-bullettin ta’ din il-gimgha u tkunu infurmati bis-servizzi kollha li hemm dan il-weekend. Qed nirreferi ghall-funzjoni tal-pracett u l-purcissjoni tal-Korpus Kristi.