Monday, June 8, 2009

MANUTENZJONI FIL-KNISJA Mejju-Gunju 2009


XOGHOL TA’ MANUTENZJONI


Fil-Knisja ta’ San Pawl, f’Marsalforn, bhalissa ghadejjin xi xoghlijiet ta’ manutenzjoni biex jissewwew xi afarijiet, jizzejnu xi nhawi, u jsiru zjidiet ta’ affarijiet bzonnjuzi fil-knisja.

Nibdew billi nirringrazzjaw lill-familja ta’ Mario Camilleri Cauchi, mill-Gharb, li ghal dawn l-ahhar xhur jinsabu b’residenza temporanja fil-villagg ta’ Marsalforn, u gabu wkoll maghhom hanut shih ta’ xoghlijiet tal-arti. Mario u ibnu Ruben huma maghrufa, fost hafna affarijiet, ghal xoghol specjalizzat fl-induratura.

Mario u Ruben flimkien ma ibnu iehor Austin, imsemmi ghal nannuh Wistin tal-vari, sabu ftit hin ghall-knisja ta’ Marsalforn, biex b’hekk jibqa’ mfakkar iz-zmien li huma ghamlu gewwa dan il-villagg.

Fil-festi tal-Milied rajna restawr tal-Bambin Gesù, il-gmiel tieghu – Bambin tal-kartapesta li l-kappillan gabar minn skipp fil-lokal. Camilleri Cauchi ghamlu kapulavur iehor b’xogholhom f’dan ir-restawr u b’hekk, ahna r-residenti ta’ Marsalforn, issa nistghu nizgurawhom li nibqghu niftakru fihom kull Millied meta nharsu lejn il-hlewwa ta’ dan il-Bambin Gesù li jitpogga ta’ kull sena, fin-nofs tal-artal maggur, mal-parti tal-art, f’maxtura tiben.

Se nkunu nistghu niftakru wkoll fihom, b’bicca xoghol ohra li bhalissa qeghdin jiddekoraw in-naha ta’ wara tal-kor – il-gwarnici tal-gebel li kienu mizbugha griz car, dawk tat-titular u ta’ zewg imkwadri zghar fil-gnub, sewwasew fuq zewg bibien li jaghtu, wiehed ghal mahzen u l-iehor ghas-sagristija. Dawn qeghdin jigu ddekorati b’imitazzjoni artistika tal-irham. Mill-gwarnici ta’ dawn it-tliet kwadri, is-Sinjuri Camilleri Cauchi spiccaw jiddekoraw ukoll il-faccati taz-zewg entraturi msemmija, kif ukoll jahdmu fuq zewg disinni fil-gebel li hemm taht iz-zewg inkawdri zghar. Dawn se jkunu lesti ghall-festa tal-pracett tat-tfal ta’ din il-knisja – festa ohra li se jkollna fi tmiem il-gimgha li qeghdin fiha.

Minn dan il-blogg semplici tal-knisja taghna, u f’isem il-parroccani kollha taghna, nirringrazzjaw lill-artisti Camilleri Cauchi,Mario, Ruben u Austin, ghall-impenn biex ihallu xoghol artistiku taghhom f’din il-knisja wkoll.


Xghol iehor li sar dan l-ahhar huwa dak tal-istallazzjoni tal-fannijiet ghall-jiem tas-sajf.F’kull part tal-knisja se jkun hemm fannijiet li jiffriskaw il-knisja kollha biex b’hekk wiehed ikun jista’ jattendi ghas-servizzi kollha li jsiru fiha bil-kumdità. Il-kappillan Dun Mikiel Borg jirringrazzja lil dawk li b’mod jew iehor qeghdin jghinu kemm f’dak li hi stallazzjoni u kemm b’donazzjonijiet.