
F'gheluq il-75 sena mill-Kanonizazzjoni ta' Don Bosco u mill-Ftuh ta' l-Ewwel Oratorju f'Ghawdex, l-istatwa ddawwret mal-parrocci kollha t'Ghawdex, imma fis-sajf kellna talba biex tmur ukoll ix-Xlendi u Marsalforn. Iz-zjara ta' Marsalforn qed tikkoincidi wkoll mal-attivitajiet ta' l-ahhar tas-Summer Club ta' l-Oratorju. U fil-fatt nhar il-Gimgha 28 t'Awissu 2009, se jkollna varjeta' bit-tfal taghna fil-Menqa fid-9.00pm.