Saturday, August 22, 2009

Jiktbilna Fr. Jesmond Gauci

Eghziez Amministratur, Kappillan, Kommunita ta' Marsalforn,

Filwaqt li nroddlok hajr tas-servizz li qed taghti lil Knisja ta' Marsalforn lilek u lil dawk kollha nvoluti f'din il-website, u tassew nurik l-apprezzament tieghi, jien li nigi nqaddes fil-Knisja ta' Marsalforn nhoss tassew mhux biss il-Prezenza tal-Mulej Gesu' f'nofs il-kommunita' imma ma niddejjaqx nghid kemm nhossni 'home' - propju fid-'Dar tal-Missier.' Hi tassew esperjenza formattiva u spiritwali li bhalissa qed nghix fi hdan il-Kommunita taghkhom.

Nixtieq ukoll permezz ta' din l-e mail zghira nissuggerixxi biex flok Blogger issa tinvestu f'website li jixraq tassew lil din il-Kommunita' li iggib l-isem ta' Missierna San Pawl.

Awguri u nispera li tkomplu sejrin hekk.


Fr. Jesmond Gauci