Saturday, November 16, 2013

BULLETTIN TAL-KNISJA SAN PAWL -MARSALFORN


DEĊIŻJONI: 
LA D-DINJA XI DARBA TRID TISPIĊĊA, X’NAGĦMEL? 
NITGĦAŻŻEN JEW NIRSISTI AKTAR? 

Fit-tieni qari li nisimghu, San Pawl jagħtina tweġiba. Fi żmien San Pawl, xi wħud min-nies ta’ Tessalonika, billi ġriet ix-xniegħa li Jum il-Mulej kien wasal (jiġifieri waslet l-aħħar tad-dinja), ma baqgħux jaħdmu, bdew jitgħażżnu u jinħlew fix-xejn.

San Pawl ċanfar lin-nies ta’ Tessalonika u qalilhom kliem iebes:
-          “jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan lanqas għandu jedd jiekol”
-          “lil dawn in-nies nordnawlhom u nwissuhom f’isem il-Mulej Ġesù Kristu, biex jaħdmu sewwa u jaqilgħu l-għixien tagħhom.”

Mela, fuq it-twissija ta’ San Pawl, nistennew lill-Mulej ġej ma jfissirx li nerfgħu mix-xogħol u noqogħdu b’idejna fuq żaqqna. Għall-kuntrarju, ifisser li jsibna nishru; isibna fuq il-post tax-xogħol tagħna, mehdija biex nibnu s-saltna ta’ Alla fuq l-art