BULLETTIN TAL-KNISJA SAN PAWL - MARSALFORN - 10 TA' NOVEMBRU 2013L-ESPERJENZA
TAL-MEWT
FID-DAWLTAL-ETERNITA’ U
TAL-QAWMIEN MILL-IMWIET
(Omelija ghat-XXXII Hadd matul is-sena C)
(L-ewwel lezzjoni: 2 Makk 7,1-2.9-14)
(Vangelu: Luqa
20,27-38) minn d.m.g
Fl-ewwel lezzjoni qrajna grajja vjolenti. Kien
zmien il-hakma ta’ Antijoku IV Epifani (175-164 q.K), pagan li ried idahhal
il-kultura u l-idolatrija griega fost il-Lhud. Kien hemm Lhud li cedew, pero’ hafna
ohrajn sofrew persekuzzjoni u garrbu l-martirju biex jibqghu fidili ghal-ligi
t’Alla. Fost dawn ta’ l-ahhar, kien hemm sebat ahwa flimkien ma’ ommhom.
Arrestawhom, biccruhom u qatluhom ilkoll. Kumment zghir: Ghal
dawn it-tmienja minn nies, il-mewt taghhom kienet mewt prematura. Serqulhom
l-hajja ingustament u b’mod vjolenti, ghax ghalihom, Alla Haj u l-eternita’
kienu jigu l-ewwel u qabel kollox. Barra minn
hekk kienu jemmnu fil-qawmien mill-imwiet. Wiehed minnhom qal lill-persekutur:
“Int qieghed tnehhielna din il-hajja ta’ issa, imma s-Sultan tal-holqien
iqajjimna ghall-hajja gdida ghal dejjem...” Iehor, kif wasal biex imut, qal:
“Aktar naghzlu li joqtluna l-bnedmin u nghozzu f’qalbna t-tama li Alla ghad
iqajjimna mill-gdid.”
Imwiet bhal dawn sehhew bl-eluf matul l-istorja tal-Knisja. F’dawn il-grajjiet
tispikka l-mewt vjolenti, imma zgur irragunaw dawn il-martri: din l-esperjenza
krudila ma tfisser kwazi xejn quddiem Hajja ta’ dejjem fil-vizjoni beatifika
t’Alla. Fehmu u ghexu l-kelmiet ta’ Gesu’: “U tibzghux minn
dawk li joqtlu l-gisem bla ma jistghu joqtlu r-ruh...” (Mt 10,28)
Fil-ftit hin li baqaghli se nitkellem fuq l-esperjenza tal-mewt fid-dawl
tal-eternita’ u tal-qawmien mill-imwiet.
Ha nibda bil-pozittiv. Il-hajja hija esperjenza sabiha ghax irregahielna Alla u
dak kollu li halaq u tana Alla hu sabih, jaghmel sens, ghandu valur. Pero’ kif
insibu fil-Ktieb tal-Genesi, fid-dinja dahal id-dnub, li minnu nnifsu huwa mewt
spiritwali, ghax jifridna minn
Alla, u bhala konsegwenza, fid-dinja dahal it-tahwid, dahlet ukoll
it-tbatija li twassal ghall-mewt tal-gisem. Alla qal lil Adam: “Trab kont u trab trid terga’ ssir!” Il-bniedem jitwieled,
jghix, u jaghmel x’jaghmel biex itawwal hajtu, jispicca jhalli din id-dinja.
Il-mewt tbezzag]na, ftit li xejn nixtiequ niftakru fiha, imma bilfors ikollna
nahsbu dwarha. Dan meta tiehu lil qrabatna jew lil hbiebna u l-aktar, meta
nindunaw li se tmiss lilna.
B’saqajh fl-art, is-salmista jfakkarna li zmien hajjitna hu b’kollox sebghin
sena, l-izjed tmenin, jekk inkunu f’sahhitna, u l-bicca l-kbira tahbit u niket;
malajr jghaddu u ahna mmorru maghhom. (90,10.11) Meta
jsemmi “tahbit u niket”, is-salmista jrid jghidilna li l-esperjenza tal-mewt ma
tikkonsistix biss fil-mewt biologika, l-ahhar ghadu li jrid jintrebah.
Matul il-vjagg tal-hajja nesperimentaw forom ohra ta’ mewt. Hekk per ezempju
is-solitudni, il-faqar, il-mard, l-inkwiet, l-ingustizzji li nsofru,
id-dizabilitajiet, id-dnub, il-vizzju...kollha huma forom ta’ mewt.
X’ifarragna quddiem dan id-destin negattiv li jmiss lil kull wiehed u kull
wahda minna? Ifarragna destin iehor pozittiv u sabih li hemm lest
ghalina wara din il-hajja. Jiena u int ghandna ruh u din ir-ruh ghad tiltaqa’
m’Alla Haj biex tghix mieghU ghal dejjem. Jghidilna San Pawl f’wahda mill-ittri
tieghu : « Ahna pajzana tas-sema pajjizna. » Dan id-destin sabih
trid temmnu iktar milli tifhmu. Allura hawnhekk, bl-Iskrittura f’idejna
nisimghu lil Gesu’ jghidilna: “Thallux qalbkom tithawwad! Emmnu
f’Alla u emmnu fiha wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm hafna postijiet...Sejjer
inhejjilkom fejn toqoghdu...biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll...” (Gw
14,1-3) Dan li qal ftit qabel ma miet, Gesu issigillah bhala verita’
bil-bil-mewt, bil-qamwien tieghu mill-imwiet u bit-tlugh tieghu fis-sema. Ghal
Gesu’ stess, Alla l-Missier mhux Alla tal-mejtin izda tal-hajjin. Il-Hajja
rebhet fuq il-Mewt.
Fil-Vangelu jissemmew is-Sadducej, dawk li kienu jichdu l-qawmien
mill-imwiet. Marru jiddiskutu ma’ Gesu fuq dan is-suggett, sintendi biex
igarrbuh. Imma Gesu’ fissrilhom u ppruvalhom li jekk jichdu l-qawmien
mill-imwiet, ikunu qeghdin jichdu lil Alla wkoll. Nistghu nghidu li s-Sadducej
ghadhom jezistu ghax b’mod sistematiku jew b’mod prattiku, certi nies qeghdin
jichdu lil Alla u l-hajja tar-ruh wara l-mewt. Filosofu li kiteb ktieb dwar
l-ateizmu, jispicca l-ktieb tieghu b’dawn il-kelmiet: “Hawnhekk tibda
t-tragedja tal-bniedem!” Jigifieri meta l-bnedmin jichu l-ezistenza t’Alla,
jichu l-ezistenza tar-ruh u li din tibqa’ ghal dejjem, kapaci jaslu ghal
kollox !