RIFLESSJONI FUQ IL-VANGELU :
L-APPOSTLI TELQU KOLLOX
Ħallew il-beni li kellhom: ix-xbiek, id-dgħajsa, il-konz, il-kannestri,
il-ħut...
Kemm kienu ġenerużi! Fehmu li Ġesù jiswa aktar mix-xbiek, mill-konz u
mid-dgħajsa. Ma qagħdux jaraw x’se jitilfu, imma raw kemm se jirbħu. Ma rawhiex
bi kbira jħallu kollox biex jimxu wara dak li li hu kollox. Ma beżgħux li sa
jmorru minn taħt bid-deċiżjoni tagħhom. Anzi kienu konvinti li se jmorru minn
fuq. Ma qagħdux jaraw kemm se jdaħħlu fil-but. Moħħhom kif fih, u mhux fil-but
tagħhom.
Imma ma tilfuhiex it-triq:
-
għax Ġesù wegħedhom mitt darba aktar
-
għax irċevew mingħandu aktar milli tawh.
Lezzjoni għalina:
Jekk irridu nkunu veri dixxipli ta’ Ġesù
-
irridu nħarru warajna l-interessi tagħna, il-kumditajiet
tagħna, il-pjanijiet tagħna, il-kapriċċi tagħna
-
inkunu lesti li nħallu warajna l-ħwejjeġ li ma jiswew
xejn għall-eternità u nintrabtu ma’ Kristu li jiswa aktar mill-ħwejjeġ kollha tal-art.
Nisimgħu minn dak il-parir li kien ta l-Papa Benedittu liż-żgħażagħ: “Min
iħobb lil Kristu jirbaħ kollox u ma jitlef xejn.”