Saturday, January 11, 2014

BULLETTIN KNISJA SAN PAWL MARSALFORN - 12 ta' Jannar 2014

RIFLESSJONI :
Il-Maghmudija ta' Gwanni kellha karattru morali uniku ghaliex kienet maghmudija ta' ndiema ghall-mahfra tad-dnubiet. Giovanni kien jitlob ghal stqarrija tad-dnubiet u manifestazzjoni ta' konverzjoni. Infatti il-Battista kien jifhem li l-maghmudija tieghu kienet wahda provisorja ghaliex kien jistenna maghmudija ohra, dik Messjanika li kienet wahda li tahdem permezz ta' l-Ispirtu Santu.
Il-Maghmudija ta' Gesu' ma kienitx tindika li hu kien midneb imma l-ghaqda tieghu ma' l-umanita' cappsa bid-dnub, u l-bidu tal-missjoni Messjanika.  Il-Messagg ta' llum jghinna nirriflettu l-importanza li ahna nidentifikaw ruhna ma' Kristu li gie fid-dinja ghas-salvazzjoni tal-bnedmin.  Ifakkarna wkoll il-htiega tal-maghmudija bl-ilma u bl-Ispirtu biex nitwieldu mill-gdid u b'hekk ninzghu mill-bniedem il-qadin biex nilbsu l-bniedem il-gdid.
Ejjew nisimghu xi nebbahna l-Ispirtu Santu permezz tal-figura ta' Gwanni l-Ghammiedi ghaliex jghidilna hafna fuqna nfusna u fuq Gesu' is-Salvatur li gie biex jehles lill-bnedmin minn dnubiethom.
"Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu."