RIFLESSJONI FUQ L-EVANGELJU:
“Lażżru, oħroġ”
Kristu ma jiflaħx jara lil Lażżru “jitħassar”
fil-qabar. L-istess Kristu ma jiflaħx jara lilna l-bnedmin li aħna l-kapolavuri
tiegħu, nitħassru u nintnu fid-dnubiet.
Kristu, li hu qawwi aktar mill-mewt u mid-dnub,
jirripeti l-istess kliem lil kull wieħed u waħda minna: “Lażżru, oħroġ!” Flok “Lażżru”,
isemmagħli ismi, ismek:
-
oħroġ mill-jasar tal-vizzji
-
oħroġ mill-abbiss ta’ ħażen li
fih għodost
-
oħroġ mit-taħwid li dħalt fih
-
oħroġ min-nassa li nqbadt fiha
-
oħroġ mit-telqa li fiha tinsab
-
oħroġ mill-għażż li fih qed
titmiegħek
-
oħroġ mill-egoiżmu tiegħek
-
oħroġ mill-bruda tiegħek
-
oħroġ mid-disperazzjoni li qed
tifgak.
Qum, int li rieqed, għall-ħajja ġdida ma’ Kristu
rxuxtat permezz ta’ qrara sinċiera.