Saturday, March 1, 2014

X'SER TILBES DAN IL-KARNIVAL ?

Qeghdin fil-granet li nassoccjaw mal-granet tal-bluha, il-jiem tal-Karnival, fejn kulhadd donnu ghandu l-permess li jitbellah ghax mohbi taht il-maskra li jkun liebes’; kuntrast kbir jinholoq fil-jiem ta’ wara fejn jibda z-zmien tar-Randan, zmien ta’ penitenza, sagrificcji, pellegrinaggi penitenzjali, sawm, u diversi affarijiet ohra li jgeghluna nindunaw li wasal dan iz-zmien.

 Izda meta toqghod tirrifletti tinduna li ftit ghad baqa’ differenza bejn dawn  iz-zewg zminijiet li jigu tant qrib ta’ xulxin. Nissogra nghid li matul il-jiem tar-Randan hemm ir-riskju li nkunu qed nghixu karnival iehor, inkunu qed nghixu gidba mohbijin taht maskra. U ghalhekk tajjeb li nistaqsi lili nnifsi x’libsa qed nilbes f’dan il-karnival, mhux bilfors qed nirreferi ghall-Karnival tradizzjonali izda jista jkun dak il-”Karnival” li sfortunatament qed noholqu fir-religjon taghna..Wisq nibza’ li qed nehlu fuq il-qoxra ta’ barra, qed inkunu wisq artifiçjali u ma nifhmux bizzejjed dak li nkunu qed niccelebraw.

X’sens fiha li nsum, x’sens fiha li naghmel sagrificcju, jew li mmur inzur ir-Redentur, x’sens fiha li nimxi wara d-Duluri, imbaghad minix lest li nahfer, inhobb, jew nghin lil min verament huwa fil-bzonn? Ma ninsewx il-kliem ta’ Gesu’ stess li qalilna ‘Hniena rrid u mhux sagrificcju” – imbaghad jekk nifhmu dan, is-sagrificcju taghna jkun jaghmel sens, ikun fih valur, ghax ikun immexxi mill-imhabba u l-karita’ vera.
Nawgura li dawn il-jiem tar-Randan ikunu jiem li fihom bhala komunita’ nkomplu nikbru fl-gharfien tal-fidi taghna, u nistedinkom biex tiehdu sehem fid-diversi attivitajiet li jigu organizzati biex jghinuna nghixu dan l-ispirtu, u matul dan ir-Randan, prova staqsi ta’ spiss lilek innifsek.... x’maskra qed nilbes?